F’post fuq il-paġna ta’ Facebook, il-kunsilliera ta’ Ħaż Żabbar Ghislaine Bongailas, qasmet esperjenza ferm kerha li kellha lbieraħ.
Kif jixhdu r-ritratti hija kienet involuta f’inċident ferm ikraħ ma’ trailer fi Quarry Wharf, il-Belt Valletta,
Saħqet li dan it-trailer kien qed jieħu lane sħiħ fit-triq u min ikun ġej min-naħħa tal-Water Front isibu eżatt ma’ wiċċu.
Qalet li tirringrazzja lil Alla li dan l-inċident ma kellux tmiem negattiv, hu kull ma ġarbet ftit tbenġil u daqqa f’għonqa. Spjegat li kieku kien hemm passieġier magħha kien imut.
Temmet li din hija esperjenza ferm kerha u li ma tixtieqx lil ħadd jgħaddi minnha.
Sewgwi l-post ta’ Bongailas fuq Facebook