Sena u nofs ħabs wara li seraq flus u mobile | One News

Notifiki

Sena u nofs ħabs wara li seraq flus u mobile

Kaled Muktahar Ben Gamhur ingħata sentenza ta’ sena u nofs ħabs, wara li wieġeb ħati li fil-15 ta’ Ġunju li għadda seraq €118 u mobile minn vettura. 

L-imputat wettaq dan l-att kriminali meta kien għadu jinsab taħt ordni ta’ probabtion, filwaqt li kiser il-kundizzjonijiet tal-libertà kkundizzjonata.

Il-Maġistrat Joseph Mifsud tenna li l-Qorti ma tistax tagħmel rikkomandazzjoni lill-Uffiċjali tal-Immigrazzjoni Ewlieni biex l-akkużat jiġi estradit lura lejn pajjiżu għaliex huwa għandu xi familjari joqgħodu f’Malta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend