L-Assoċjazzjoni għall-Iżviluppatur Maltin qalet li l-ammont ta’ tmien miljun ewro li imħallas mis-sidien ta’ dik li kienet il-lukanda Fortina għall-bida fil-konċessjoni tal-art kien ġust u raġonevoli.
Fi stqtarrija, l-Assoċjazzjoni għall-Iżviluppaturi Maltin, l-MDA tenniet li l-art tal-pubbliku m’għandhiex tinbigħ lill-intraprendituri u żviluppaturi bi prezzijiet taħt il-prezz tas-suq.
Qalet li din il-kwistjoni qamet mill-ġdid dwar parti mill-art li kienet okkupata mil-lukanda Fortina u li parti minnha se tiġi żviluppata għal raġunijiet li mhumiex marbuta mat-turiżmu.
L-MDA qalet li f’dan il-każ ma sar l-ebda bejgħ ta’ art pubblika, iżda każ fejn l-istat tħallas wara li aċċetta li jneħħi xi kundizzjonijiet fuq l-iżvilupp tal-art. Qal li huwa żbaljat li wieħed iqabbel il-prezz imħallas għall-konċessjoni mal-valur assolut tal-art.
Tenniet li f’dan il-każ, l-ammont imħallas għall-konċessjoni fl-użu tal-art kien ġust u raġonevoli.