Il-Gvern se jappella minn deċiżjoni dwar il-proġett tal-isptarijiet – One News

Il-Gvern se jappella minn deċiżjoni dwar il-proġett tal-isptarijiet

Il-Ministri Edward Scicluna, Konrad Mizzi u Chris Cardona qal li se jappellaw minn deċiżjoni li ordnat inkjesta Maġisterjali dwar il-proġett tal-isptarijiet ta’ Għawdex, San Luqa u Karin Grech. Dan wara talba mill-Għaqda Repubblika.

Fi stqarrija, il-Gvern qal li l-każ tressaq minn individwi b’motivazzjoni politika u b’qerq talbu għall-inkjesta dwar konċessjoni li se tara r-riġenerazzjoni tal-isptarijiet ta’ San Luqa, Karin Grech u dak t’Għawdex.

Ingħad li l-qorti tal-maġistrati ma ddeċiditx fuq il-mertu tal-każ, iżda  biss biex jitpoġġa quddiem maġistrat inkwerenti.

Il-Gvern qal li għalhekk id-deċiżjooni tal-Qorti tal-Maġistrati se tiġi appellata.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend