Fadal biss l-aħħar ftit sigħat biex ir-rebbieħ tal-lotterija tal-Quaterno jiġbor il-premju kbir ta’ €820,000.
Il-premju tal-Quaterno ntrebaħ xahrejn ilu b’biljett li nxtara fis-17 ta’ Mejju li għadda minn banka tal-lotto fil-Qawra. Huwa rnexxielu jaqta’ ħamsa minn tmien numri li telgħu, 71, 23, 75, 6, 27, 56, 81, 8.
Minkejja li għaddew kważi xahrejn, ir-rebbieħ baqa’ ma tfaċċax u issa għad fadallu biss ftit sigħat oħra biex isarraf il-premju.
Dan il-biljett, jista’ jissarraf fl-uffiċċj tal-Maltco fl-Iklin, u jekk ma jinġabarx, il-premju jgħaddi fil-Fond għall-Kawżi Ġusti li jgħin għadqiet mhux governattivi u individwi involuti f’għaqdiet soċjali, edukattivi, sportivi, filantropiċi u reliġjużi.