Jingħata l-ħelsien mill-arrest żagħżugħ li wettaq 'hold-up' f'Raħal Ġdid | One News

Notifiki

Jingħata l-ħelsien mill-arrest żagħżugħ li wettaq ‘hold-up’ f’Raħal Ġdid

Iż-żagħżugħ li tressaq il-qorti, mixli li wettaq hold-up f’Raħal Ġdid f’April li għadda, ingħata l-ħelsien mill-arrest. 

Il-ġuvni ta’ 22 sena li jaħdem bħala bartender, ġie arrestat nhar it-Tnejn li għadda, wara li nstabet id-DNA tiegħu fuq ġakketta li nsabet fuq il-post fejn seħħ ir-reat. Huwa wettaq din is-serqa nhar is-16 t’April f’ħanut f’Raħal Ġdid. L-akkużat kien qed iġorr sikkina. F’dan il-każ indarrbet persuna.

Iż-żagħżugħ tressaq quddiem il-qorti, l-għada li ġie arrestat. Huwa ġie akkużat b’serq aggravat, li żamm vittmi kontra r-rieda tagħhom u li weġġa’ ħafif lil wieħed minnhom, filwaqt li kellu fil-pussess tiegħu arma li taqta’ u bil-ponta. Ġie akkużat ukoll li kiser ir-regoli ta’ sentenza sospiża u li hu riċediv.

L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. F’seduta ppreseduta mill-Maġistrat Gabriella Vella ż-żagħżugħ ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li rappreżentata tas-Sedqa kkonfermat li l-imputat se jibda’ jattendi għal programm ta’ riabilitazzjoni mid-droga,

Huwa nħeles mill-arrest fuq depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €3,000. Il-Qorti ordnat li wara li jlesti li l-programm ta’ riabilitazzjoni għandu joqgħod f’Bormla, jirrispetta l-ħinijiet stipulati mill-Qorti filwaqt li jmur jiffirma fl-għassa tal-pulizija.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend