Ġunju ta’ din is-sena kien l-aktar xahar sħun sa mill-1923 – One News

Ġunju ta’ din is-sena kien l-aktar xahar sħun sa mill-1923

Ġunju ta’ din is-sena kien irreġistrat bħala wieħed mill-iktar sħan fil-gżejjer Maltin sa mill-1923. Kien xahar ikkaratterizzat ukoll min-nuqqas ta’ xita. 

Dan jikkuntrasta mal-maltemp li kellna fix-xahar ta’ qabel. In fatti matul ix-xahar ta’ Ġunju, it-temperatura medja kienet ta’ 26.3°C. L-ewwel mewġa tas-sħana li laqtet lill-gżejjer Maltin ġiet irreġistrata bejn it-8 u l-10 ta’ Ġunju.

Minkejja dan, l-aktar jum sħun tax-xahar kien id-9 ta’ Ġunju, meta t-temperatura laħqet is-37.8°C. Filwaqt li l-anqas temperatura tax-xahar kienet irreġistrata fl-ewwel jum tax-xahar b’14.6°C.

Wara li għaddiet il-mewġa ta’ sħana tal-bidu tax-xahar, pajjiżna esperjenza perjodi oħra ta’ sħana, hekk kif il-medja tal-ogħla temperaturi qabżet il-medja b’5°C għal jumejn konsekuttivi.

Malta ma kienx l-unika pajjiż li nħakmet mis-sħana, dan għaliex l-Orgnanizzazzjoni Dinjija tal-Meteoroloġija stqarret li t-temperatura medja li ġiet irreġistrata madwar l-Ewropa matul Ġunju, qabżet in-norma b’2°C. B’hekk, Ġunju sar l-aktar wieħed sħun li qatt esperjenza l-kontinent Ewropew.

Dan it-temp ippermetta lill-Maltin u t-turisti biex jirħulha lejn il-bajjiet.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend