Raġel bi ġrieħi serji wara li waqa' f'sit ta' kostruzzjoni f'Ħaż Żebbuġ | One News

Notifiki

Raġel bi ġrieħi serji wara li waqa’ f’sit ta’ kostruzzjoni f’Ħaż Żebbuġ

Raġel mis-Sudan qed isofri minn ġrieħi serji wara li waqa’ minn għoli waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’sit ta’ kostruzzjoni.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:45 fi Sqaq Qenċ f’Ħaż Żebbuġ.

Il-pulizija flimkien ma’ ambulanza b’tim mediku wasslu immedjatament fuq il-post u ħadu lir-raġel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend