Ħrejjef impittrin, iżda mhux kif imdorrijin narawhom | One News

Ħrejjef impittrin, iżda mhux kif imdorrijin narawhom

Wiret l-imħabba tal-arti mingħand missieru, tant li fir-rakkont tiegħu, Joseph Bugeja, qalilna fi tfulitu ma kienx jilgħab bil-karozzi, iżda dejjem kien ikollu xi pinzell jew il-kuluri f’idu jpitter dak li kien jiġih f’moħħu.

Baqa’ jipperfezjona t-talent tiegħu billi attenda diversi lezzjonijiet tal-arti u llum qed jesebixxi xogħlu għall-pubbliku.

Qalilna li l-ispirazzjoni tiegħu tiġi mill-istorja sinjura ta’ pajjiżna, tant li l-ewwel wirja tiegħu kienet dwar il-folklor u l-kreaturi tal-biża’ li jissemmew fir-rakkonti Maltin.

Għat-tieni esebizzjoni tiegħu, li qed titella bħalissa, Joseph iddeċieda li jpitter karattri fi ħreffej kif oriġinaljament kienu maħsuba u mhux l-istejjer sbieħ kif imdorrijin narawhom.

“Is-suġġett propjament huwa kif bdew il-fairytales, l-oriġini oskura tagħhom. Għax ħafna nies jaħsbu li huma ġew ivvintati għat-tfal, fil-faft għandhom eluf ta’ snin”

Huwa qal li beda bir-riċerka dwar l-oriġini tal-ħrejjef u minn hemm fassal tlettax-il kwadru ta’ arti magħmula mill-acrylics u ż-żebgħa taż-żejt, iżda anke uża xi oġġetti oħra biex l-istampi jkollhom effett 3D.

“L-ewwel ma trid tibda bir-riċerka, jiġifieri qabel ma nibda l-artworks nagħmel riċerka sew nara: kotba, websites liema jaqlbu jew ma jaqblux; jekk ma jaqblux nara għalfejn ma jaqblux għaliex jiġu kull tip ta’ nies jaraw il-wirja. L-ewwel nies trid turihom li qed tgħid huwa l-verità.”

Il-wirja se tibqa’ miftuħa sal-Ġimgħa 19 ta’ Lulju u tinsab f’Casino Notabile, ir-Rabat.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend