Ġarrab ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur – One News

Notifiki

Ġarrab ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur

Raġel Sloven ta’ 46 sena nqaleb bil-mutur tiegħu tat-tip Kymco Agility, wara li tilef il-kontroll. Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi. 

Il-każ seħħ għal ta’ 5:45 p.m. tat-Tnejn filgħaxija fi Triq Valletta, il-Mosta.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend