Delia jsabbat waqt il-laqgħa tal-eżekuttiv: jien nissettja d-domanda u ngħid min għandu jitkeċċa | One News

Notifiki

Delia jsabbat waqt il-laqgħa tal-eżekuttiv: jien nissettja d-domanda u ngħid min għandu jitkeċċa

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia nstema’ jgħajjat kemm jiflaħ waqt laqgħa oħra tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista li matulha qed tiġi diskussa l-mistoqsija li qed jintalbu jwieġbu l-kunsillieri tal-Partit Nazzjonalista fil-Kunsill Ġenerali Straordinarju li se jitlaqqa’ fl-aħħar Sibt tax-xahar.

Sorsi fil-laqgħa tal-eżekuttiv tal-lejla żvelaw ma’ ONE NEWS li fil-laqgħa tal-lejla Delia qabad jgħajjat u jsabbat u qal: “jekk ħa ngħajjat il-Kunsill Ġenerali jien, JIEN nissettja d-domanda u jien ngħid min għandu jitkecca”.

B’reazzjoni, il-President tal-Eżekuttiv il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista Alex Perici Calascione għamilha ċara li huwa lest li jirriżenja jekk l-Eżekuttiv ma jimxix mal-istatut, jiġifieri li l-Kunsill Ġenerali jiddibatti u jivvota fuq il-petizzjonijiet kollha, inkluż dik li ressqet il-fazzjoni Busuttil li sejħet għall-vot ta’ fiduċja fil-Kap Nazzjonalista Adrian Delia u biex jirriżenja.

Karol Aquilina jlebbet ‘il barra mil-laqgħa tal-eżekuttiv tal-PN

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend