Imbagħad għaliex iweġġgħu! Kull darba li naraw xi traġedja dejjem ngħidu dawn l-istess kliem iżda kemm il-darba napplikawhom għal ħajjitna?
Filmati mibgħuta lil ONE News wrew tifel ċkejken b’ħarqa fuq il-bagoll ta’ karozza fil-bypass ta’ San Pawl il-Baħar mingħajr ebda sens jew mekkaniżmu ta’ sigurtà li jista’ jżomm lil dan it-tfajjel sikur f’każ ta’ inċident.
Dawn l-istess ritratti qajjmu furur sħiħ fuq is-sit soċjali ta’ Facebook fejn ħafna stqarru b’rabja li l-omm għandha tiġi rrapurtatha tal-aġir tagħha. Oħrajn esprimew it-tħassib tagħhom f’każ li kellha tinqala’ xi traġedja.
Filmati: Peter England