Stilla tat-Tennis Malti jilqa’ r-riforma tal-MATSEC – One News

Notifiki

Stilla tat-Tennis Malti jilqa’ r-riforma tal-MATSEC

L-istilla tat-tennis Malti, Gordon Axiaq appoġġja “b’saħħa” l-aħħar riformi proposti fiċ-ċertifikat tal-Matrikola.

Riformi li jixhdu l-impenn favur attivitajiet extra-kurrikulari u jippromwovu s-sehem akbar fl-isport minn atleti li jkunu jippromoettu.

Dan hekk kif mis-sena d-dieħla, studenti li jagħmlu tmenin siegħa jew aktar f’attivitaijiet sportivi barra mill-edukazzjoni formali se jkunu jistgħu jiksbu tliet punti fiċ-ċertifikat tal-Matrikola.

Dan filwaqt li l-atleti li jibbrillaw ukoll se jiġu rikonoxxuti għall-isforzi u t-talenti tagħhom għax flok jistudjaw sitt suġġetti se jkunu jistgħu jistudjaw ħames suġġetti u d-dixxiplina sportiva li jipprattikaw tkun meqjusa bħala s-sitt suġġett f’livell intermedju.

Dwar din ir-riforma proposta One News tkellem mal-leġġenda tat-tennis Malti Gordon Axiaq li fis-snin disgħin għamel isem għalih u għal pajjiżna barra minn xtutna b’rebħiet f’tornej fl-Amerika u fi Franza.

Huwa faħħar dawn il-proposti li jinċentivaw attivitajiet sportivi qalb iż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin.

Aschiak spjega, “Din hija waħda mill-inċentivi li l-Gvern qed joħloq u jiena nappoġġja bis-saħħa. Aħna l-players tagħna inqas ma jkollhom inqas piż fuq l-istudju iżjed aħjar biex ikunu jistgħu jitrenjaw iżjed. U ovjament il-livell tagħhom jogħla ħafna.”

Is-Sur Aaciak spjega qal li b’din ir-riforma, is-sistema edukattiva Maltija issa tixbah lil dawk f’pajjiiżi bħal Amerika. Sistema li permezz tal-isport l-istudent igawdi wkoll fil-ħajja akkademika tiegħu.

Tfakkarni meta kont qiegħad scholarship ġewwa l-Amerika li inti iżjed ma tagħmel sport u iżjed ma jkollok suċċess fl-isport, il-punti tiegħak jgħolew fil-qasam akkademiku u jgħinuk ukoll biex inti tirnexxi.” Kompla Asciak.

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari għall-isport Clifton Grima qal li din ir-riforma hija parti mill-istrateġija nazzjonali tal-Gvern favur l-isport f’pajjiżna. Qal li apparti li tinċentiva l-isport bħala mezz ta’ għajxien b’saħħtu, l-atleti żgħażagħ Maltin tingħatalhom kull għajnuna sabiex ikunu jistgħu jikkompetu fuq livell internazzjonali.

L-Onorevoli Grima stqarr, “Minn dawn it-tfal inkunu qed nassiguraw li l-futur sportiv f’pajjiżna jkun sabiħ mhux biss fuq livell nazzjonali iżda fuq kollox kif lkoll kollha kemm aħna nixtiequ fuq livell internazzjonali.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend