Raġel fil-periklu tal-mewt wara li waqa' sular minn sit ta' kostruzzjoni f'San Ġiljan | One News

Notifiki

Raġel fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ sular minn sit ta’ kostruzzjoni f’San Ġiljan

Raġel Taljan jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-7:15 iddaħħal l-isptar Mater Dei jsofri minn xi ġrieħi.

Ir-raġel kien qiegħed jagħmel xi xogħol f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq Schreiber f’San Ġiljan meta għal raġuni mhix magħrufa waqa’ għoli ta’ madwar sular.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku flimkien mal-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu l-vittma li għandu 47 sena.

Hu ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Doreen Clarke, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend