Nirien jaħkmu appartament fin-Naxxar | One News

Notifiki

Nirien jaħkmu appartament fin-Naxxar

Biswit iċ-ċentru tal-għadd tal-voti, ilbieraħ filgħaxija appartament inħakem min-nirien.

Jidher li fl-appartament, li jinsab fi Triq it-Torri tal-Kaptan fin-Naxxar, ma kien hemm ħadd waqt in-nirien iżda nstema’ xi għajjat minn mara li jaf toqgħod fil-viċinanzi.

Fuq il-post intbagħtu żewġ trakkijiet tat-tifi tan-nar biex jikkumbattu n-nirien li ħakem primarjament kamra fuq in-naħa ta’ ġewwa tal-appartament.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend