Mara tinqabad f’karozza wara li tilfet il-kontroll u nqelbet fuq ġenbha – One News

Mara tinqabad f’karozza wara li tilfet il-kontroll u nqelbet fuq ġenbha

Għall-ħabta tas-1:10 ta’ dalgħodu, mara sena sofriet ġrieħi gravi wara li l-vettura tat-tip Maruti 800 li kienet qiegħda ssuq inqelbet fuq ġenbha.

Il-mara li għad għandha 27 sena u toqgħod Ħal Luqa, għal xi raġuni tilfet il-kontroll fuq il-vettura u kawża ta’ dan inqelbet.

Il-każ seħħ fi Triq l-Imdina f’Ħaż-Żebbuġ u fuq il-post issejħu membri tal-protezzjoni ċivili li għamlu ħilithom sabiex il-mara tinħareġ mill-karozza. Hi ttieħdet l-isptar Mater Dei fejn ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend