Ma ngħatax ħelsien mill-arrest wara li hedded u kkawża ħsarat lill-eks sieħba tiegħu | One News

Notifiki

Ma ngħatax ħelsien mill-arrest wara li hedded u kkawża ħsarat lill-eks sieħba tiegħu

Larkin Scicluna ta’ 27 sena minn Ħaż-Żebbuġ tressaq il-qorti akkużat li għamel ħsara fuq il-vettura tal-ex sieħba tiegħu u heddidha.

Il-każ ġara fis-1 a.m. tat-Tnejn filgħodu. Bl-akkużat hedded lill-eks sieħba li jgħoli lilha u lit-tifla b’kollox.

L-inkwiet ġara għax il-koppja ħassru. Huma kienu ilhom joħorġu flimkien sentejn.

Fil-Qorti ħareġ li l-eks sieħba tieħu ħaditlu l-mobile u ma riditix tagħtihulu lura. Huwa talab lill-eks tfajla tiegħu sabiex itih lura r-rigali li kien xtralha hu.

Huwa ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih.

Il-Maġistrat Gabriella Vella ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest. Talbet lill-eks sieħba sabiex titla’ tixhed fil-kawża li jmiss.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend