Sewwieq ta’ mutur iġarrab ġrieħi gravi wara li għall-ħabta tad-9:30 ta’ filgħodu tilef il-kontroll tal-mutur Piaggio Vespa bil-konsegwenza li kellu impatt ma’ ħajt.
L-inċident seħħ fi Triq l-Imqabba, is-Siġġiewi. Ir-raġel li hu oriġinarjament mill-Italja għandu 59 sena u joqgħod Marsaskala.
Hu ttieħed l-isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li sofra minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.