Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika qiegħed jinforma lill-pubbliku li il-prodott Polpi Indopacifici Eviscerati Congelati m’għandux jiġi kkunsmat minm persuni allerġiċi għas-sulfiti minħabba l-possibilità ta’ preżenza mhux iddikjarata tal-ingredjent msemmi.
Isem tal-prodott: | Polpi Indopacifici Eviscerati Congelati |
Ditta: | Genepesca |
Piż: | 500g |
Data tad-durabbilita`: | 07/2020 |
Numru Lott: | L9108CG |
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar, jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess direttorat li jinsab ġewwa Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera.