Dalgħodu l-Pulizija kienet infurmata li 20 immigrant sfaw nieqsa miċ-Ċentru ta’ Detenzjoni f’Ħal Safi.
19 -il persuna kienu ta’ nazzjonalità Marokkina filwaqt li persuna oħra kienet ta’ nazzjonalità Eġizzjana.
Il-Pulizija diġa sabet disgħa mill-għoxrin persuna nieqsa. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin filwaqt li qed issir investigazzjoni interna fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni ta’ Ħal Safi.