Il-Ġermanja tirbaħ il-Fan Vision li sar f’Malta – One News

Il-Ġermanja tirbaħ il-Fan Vision li sar f’Malta

Ritratt: Jonathan Brincat

Il-Ġermanja rebħet il-konkors tal-Fan Vision organizzat għall-ewwel darba f’pajjiżna. Mirko Buljan rebaħ bil-kanzunetta Brüder.

Dan il-festival parti minn Eurovision Weekend sar wara li nibet snin ilu f’Berlin u s-sena l-oħra ntrebaħ mill-kantanta Maltija Grecia Bezzina.

Dan l-avveniment ikkontesta minn seba’ pajjiżi ġie organizzat mill-klabb t’ammiraturi tal-Eurovision f’Malta, l-OGAE Malta.

“Dan kien l-aqwa Eurovision Weekend organizzat”, saħqu l-organizzaturi propja Ġermaniżi li welldu dan l-avveniment.

Filfatt il-barranin u ammiraturi tal-Eurovision li ġew f’pajjiżna għal dan l-avveniment kellhom kliem ta’ tifħir għall-organizzazzjoni liema bħala li biha ħadem l-uniku fanclub uffiċjali tal-Eurovision f’pajjiżna.

Il-Fan Vision huwa festival li fih il-parteċipanti jinterpretaw kanzunetta tal-Eurovision Song Contest.

Malta klassifikat fit-tielet post permezz tal-kantanta Rachel Lowell.

Il-kantanta żagħżugħa rebħet il-vot tal-ġurija internazzjonali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend