Diversi biċċiet ta’ għadam instabu wara li uffiċjali qed jinvestigaw l-għibien tat-tfajla ta’ 15-il sena fl-1983.
It-tifla Emanuela Orlandi hi tifla ta’ ħaddiem tal-Vatikan. Għal xi żmien l-għibien tagħha kien qed jiġi relatat mal-komplot biex jinqatel il-Papa San Ġwann Pawlu t-tieni u d-dinja kriminali ta’ Ruma.
Din is-sejba saret wara li nfetħu żewġt oqbra tas-seklu dsatax li fihom kien hemm midfuna żewġ prinċipessi Ġermaniżi fiċ-ċimiterju tal-Kulleġġ Pontifikali bil-għan li jinstabu l-fdalijiet tat-tifla.
Minkejja li dawn l-oqbra nstabu vojta wara tfittxijiet li ġew imqanqla minn informazzjoni lill-familja ta’ Orlandi rċeviet instabu vojta, madankollu nstabu żewġ settijiet ta’ għadam misterjużi taħt ġebla. Rapporti internazzjonali qed jgħidu li l-Vatikan qed jissuspetta li xi għadam li nstab jista’ jkun intefa’ hemmhekk bi żball wara xogħlijiet strutturali li kienu saru fis-seklu 19.
Kelliem għal Vatikan qal li ż-żona ingħalqet, madankollu mistennija tinfetaħ fl-20 ta’ Lulju fil-preżenza tal-esperti forensiċi.
Emanuela Orlandi kienet sparixxit wara li ħarġet mill-appartament ta’ familta’ fil-Vatikan biex tmur għal-lezzjoni tal-mużika. Dan il-każ kien wieħed mil-misteri tal-Vatikan li baqa’ ħaj permezz tal-midja Taljana u ħuha Pietro Orlandi.
Maż-żminijiet il-każ kien qed jiġi assoċjat mal-komplot biex jinqatel il-Papa Ġwani Pawlu t-tieni, mal-iskandlu tal-Bank tal-Vatikan u mad-dinja Kriminali f’Ruma.