Is-sit Maltaweather.com qed iwissi li pajjiżna qed jistenna li jintlaqat minn riħ forza 7 mill-Majjistral f’Malta u Għawdex nhar it-Tlieta li ġej.
Fl-istess status fuq is-sit tal-facebook, ‘Malta Weather’ iwissi wkoll biex ma jitħallewx vetturi pparkjati qrib ix-xatt kif ukoll biex min għandu xi dgħajjes żgħar itellgħuhom biex ma jsirux ħsarat.
Għaldaqstant għawm f’jiem bħal dawn huwa perikoluż ħafna u wieħed għandu jkun responsabbli.