Din hija l-għajta li qed tinstema’ spiss; għajta li toħroġ minn fomm żgħażagħ li qed iħabbtu wiċċhom ma’ problemi ta’ saħħa mentali.
Il-kawżi huma diversi u ma jistax wieħed jgħid li minħabba ħaġa waħda jew oħra biss. Wieħed jista’ jinduna permezz ta’ sinjali fosthom:
-bidla fil-personalità; meta persuna tibda taġixxi b’mod differenti mis-soltu u li jidher stramb ghall-karattru tiegħu, dak huwa sinjal.
-Ansjetà, rabja u tibdil fil-burdata
-Iżolazzjoni u qtugħ mill-kumplament tas-soċjetà
-Nuqqas ta’ ħsieb tal-persuna nnifisha
-Meta l-persuna tħossha bla skop fejn xejn ma jtieha pjaċir.
Din tal-aħħar tissejjaħ ‘Inhedonia’, li tifsser in-nuqqas ta’ kapaċità li tħoss pjaċir. Importanti li nagħtu każ xulxin u nitgħallmu wkoll kif nieħdu ħsieb il-burdati tagħna għax kapaċi ninfluwenzaw u nbiddlu lin-nies ta’ madwarna b’mod drastiku; dan ġieli jiġri wkoll għax persuna tkun egoista u twassal il-‘vibe’ negattiva tagħha lil ħaddieħor għas-sempliċi raġuni għax tħoss li dak hu l-karattru tagħha.