Ktieb ġdid fil-mużew Il-Ħaġar | One News

Notifiki

Ktieb ġdid fil-mużew Il-Ħaġar

Il-mużew il-Ħaġar li jinsab fi Pjazza San Ġorġ, fir-Rabat Għawdex se jkollu l-preżentazzjoni ta’ ktieb ġdid nhar it-Tlieta 23 ta’ Lulju fis-7pm.

Gozo Live qegħdin joffru Raise the Curtain b’firxa wiesgħa ta’ drammi qosra – il-biċċa il-kbira parteċipanti fil-kompetizzjoni tagħhom bejn l-2014 u l-2017, inklużi dawk diġà mtellgħin fuq il-palk.

Barra li opportunità biex tisma’ dwar il-ktieb u dwar il-palk f’Għawdex, tista’ takkwista kopji ffirmati mid-drammaturgi nfushom.

Minħabba l-postijiet limitati, qed ikun suġġerit li tikkuntattjaw: [email protected]

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend