Uffiċjali f’Puerto Rico interċettaw dgħajsa li fuqha kien hemm $3.7 fi flus kontanti.
Id-Dwana tal-Istati Uniti u kif ukoll l-uffiċjali tal-Protezzjoni tal-Fruntieri għamlu din il-qabda wara li raw il-bastiment jivvjaġġa mingħajr dwal minn Puerto Rici għal Virgin Islands fl-Istati Uniti. L-awtoritajiet Amerikani mxew wara l-vapur, b’dan tal-aħħar ipprova jdawwar triqtu lejn Fajardo.
In-nies abbord l-bastiment intlemħu jniżżlu diversi xkejjer u hekk kif l-uffiċjali resqu lejhom huma ħarbu minn fuq il-post.
Abbord il-bastiment instabu ammont ta’ xkejjer mimlija flus kontati flimkien ma’ pistola kkargata u 63 balla.