Minn għada ser jiġu lura għan-normal is-servizz tal-podjatrija fiċ-Ċentri tas-saħħa wara li l-azzjonijiet industrijali ser jieqfu.
Dan ħabbru d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne permezz ta’ Twitter.
Is-servizz tal-#podiatry minn għada lura għan-normal fic-Centri tas-#Saħħa wara li jieqfu l-azzjonijiet industrijali. Grazzi lil kull min għen fin-negozjati
— Chris Fearne (@chrisfearne) July 14, 2019