Żagħżugħ isofri ġrieħi gravi wara ħabta f’San Ġwann – One News

Notifiki

Żagħżugħ isofri ġrieħi gravi wara ħabta f’San Ġwann

Raġel ta’ 28 sena mill-Latvia sofra ġrieħi gravi wara li għall-ħabta ta’ nofsinhar neqsin ħamsa l-vettura tiegħu tat-tip Honda kienet involuta f’inċident tat-traffiku u ħabtet f’vettura oħra tat-tip Nissan March misjuqa minn mara’ 49 sena li toqgħod tas-Sliema.

L-inċident seħħ fi Vjal ir-Riħan f’San Ġwann u fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend