L-istudenti barranin jiġu assessjati fuq il-ħiliet tagħhom – One News

Notifiki

L-istudenti barranin jiġu assessjati fuq il-ħiliet tagħhom

L-istudenti kollha barranin li jiġu jistudjaw fl-iskejjel primarji u sekondarji jsirilhom assessment sabiex jiġi stabbilit il-livell akkademiku tagħhom.

Jekk jistab li dawn it-tfal ikunu jistgħu jinagħtaw tagħlim  fl-iskejjel huma jingħataw post fi klassi mal-istudenti l-oħra. Dan ħareġ mir-risposta li s-segretarju permanenti tal-edukazzjoni frank fabri għamel lill-Kummissarju tal-Edukazzjoni.

Fabri kompla jispjega l- f’numru ta’ skejjel qed jiġi mgħallem ukoll il-Malti bħala lingwa barranija għal dawk li qabel ġew Malta qatt ma jkunu tkellmu jew studjaw il-lingwa Maltija.

L-istudenti li ma jkunux jafu jikkomunikaw la bil-Malti u lanqas bl-ingliż qed jinagħtaw kors ta’ induction f’numru ta’ skejjel primarji madwar il-gżejjer Maltin.

Il-ġenituri ta’ dawn it-tfal qed jiġu mħeġġa wkoll sabiex jattendu korsijiet simili organizzati għall-adulti.

Fabri temm billi qal li din is-sena huwa ppjanat li jinfetaħ hub għal studenti barranin fl-eta tas-sekondarja sabiex jitgħallmu l-lingwi tal-Malti u l-Ingliż.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend