Fitch ittejjeb ir-rating ta’ Malta minn stabbli għal A+ pożittiv – One News

Notifiki

Fitch ittejjeb ir-rating ta’ Malta minn stabbli għal A+ pożittiv

L-aġenzija ta’ kreditu internazzjonali Fitch tejjbet ir-rating ta’ pajjiżna minn A+ Stabbli għal A+ Pożittiv. Dan ġie mħabbar fir-rapport ta’ Lulju li l-aġenzija ppubblikat dwar Malta.

Fir-rapport tagħha Fitch rabtet dan ir-riżultat pożittiv mal-ekonomija robusta tal-pajjiż filwaqt li nnutat li l-ekonomija Maltija kienet l-aktar ekonomija b’saħħitha minn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.

Fitch nnutat ukoll is-surplus li rreġistra l-Gvern ta’ Joseph Muscat tul dawn l-aħħar 3 snin.

Hawnekk, l-ekonomisti ta’ Fitch qalu li s-surplus li kiseb il-Gvern Malti kien kważi d-doppju ta’ dak imbassar minnhom fl-aħħar rapporti. Filwaqt li nnutaw li d-dejn kompla jonqos anki jekk żdied l-investiment.

L-ekonomisti indipendenti ta’ Fitch saħqu wkoll li f’dawn is-sentejn li ġejjin filwaqt li ż-żona ewro qed tnaqqas fit-tkabbir, l-Gvern se jkompli jnaqqas id-dejn u mistenni jirreġistra aktar surpluses.

Ġie nnutat ukoll li s-surplus li huwa mbassar li jikseb pajjiżna mistenni jiġi frott tad-dħul dirett u l-għaqal tal-Gvern u mhux bil-programm taċ-ċittadinanza b’investiment.

Fitch qalet ukoll li l-akbar kontributur għat-tkabbir hija d-domanda mis-suq domestiku.

Din flimkien ma suq tax-xogħol b’saħħtu u żiediet fil-pagi se jkomplu jsaħħu l-familji u t-tkabbir tagħhom.

Fitch tkellet wkoll dwar l-istituzzjonijet f’pajjiżna u lkontra l-istampa li qed tipprova tpinġi l-oppożizzjoni ta’ Adrian Delia u l-esponenti tagħha Fitch laqgħat il-fatt li l-Gvern kull ma jmur qed ikompli jsaħħaħ l-FIAU u l-MFSA. Dan qed isir permezz ta’ investiment dirett b’aktar riżorsi umani u żieda qawwija fil-penali għal min jinqabad jikser il-liġi.

Intant, fi stqarrija l-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna laqa’  dan iċ-ċertifikat pożittiv għall-pajjiżna u saħaq li dan ir-rapport jikkumplimenta għat-tbassir tas-sajf li ħarġet il-Kummissjoni Ewropea ftit tal-jiem ilu. Scicluna qal li ż-żewġ rapport qablu ma xulxin u qalu li l-ekonomija Maltija għandha pedamenti soda u mistennija tkompli tikber bil-finanżi pubbliċi wkoll jinsabu f’qagħda tajba ħafna.

Il-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat fi tweet esprima s-sodisfazzjon tiegħu talli Malta rnexxielha tikseb aktar minn dak li ġie mbassar għal pajjiżna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend