BIL-FILMATI: "Irnexxielna nagħmluha…kuntenta ħafna" – Michelle Muscat | One News

Notifiki

BIL-FILMATI: “Irnexxielna nagħmluha…kuntenta ħafna” – Michelle Muscat

Telgħet mill-ilma u mill-ewwel sabet ma’ wiċċha lit-tfal tagħha u lir-raġel flimkien mal-midja ħerqanin biex ikunu jafu kif marret fl-isfida tagħha.

Is-Sinjura Muscat għadha kif temmet l-itwal għawma tagħha ta’ 14-il kilometru li serrpet madwar id-denb tal-kosta Maltija.

Mill-ewwel kummenti li tat lil ONE News, Michelle Muscat stqarret li l-irjieħ Forza 5-6 ma waqqfuhiex milli tilħaq il-mira tagħha, dik li tasal b’suċċess u b’hekk tikkommemora l-itwal għawma s’issa.

Esprimiet kif din l-aħħar ġimgħa kienet waħda stressanti għaliha u għal familtha kollha.

Din l-għawma bit-tema ta’ Tail’s End saret b’risq il-Marigold Foundation li tgħin ħafna organizzazzjonijiet mhux governattivi.

Appellat lill-poplu Malti sabiex jagħti d-donazzjoni tiegħu lil Marigold Foundation billi jċempel jew jibgħat fuq dawn in-numri t’hawn taħt:

51702052 – għal donazzjoni ta’ €15

51802053 – għal donazzjoni ta’ €25

jew tista’ tibgħat SMS fuq:

50619238 – għal donazzjoni ta’ €11.65

Filmati: Nicole Buttigieg

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend