BIL-FILMATI: Il-President George Vella jfakkar il-100 jum tal-Presidenza | One News

Notifiki

BIL-FILMATI: Il-President George Vella jfakkar il-100 jum tal-Presidenza

F’messaġġ qasir fl-okkażjoni tal-100 jum tal-Presidenza, il-President George Vella tkellem dwar l-impenji li kellu f’Malta u barra minn Malta, kif ukoll il-laqgħat li kellu ma’ persuni u entitajiet differenti.  Dawn ivarjaw minn politiċi għal sportivi, żgħażagħ, NGOs u anzjani.

Filwaqt li faħħar il-ħidma li qed issir minn bosta għaqdiet mhux governattivi, il-President Vella saħaq fuq ir-rispett lejn id-dinjità ta’ kull wieħed u waħda minna, kif ukoll radd ħajr lil min qed jagħti kontribut siewi lis-soċjetà b’inizjattivi varji biex tingħata għajnuna lil min huwa fil-bżonn.

Minbarra li semma l-iktar impenji li spikkaw matul dawn it-tliet xhur, il-President Vella tkellem ukoll dwar il-ħidma li bi ħsiebu jagħmel fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin, fosthom fl-ambitu tar-riforma kostituzzjonali, fil-fora internazzjonali kif ukoll fl-aspett ta’ filantropija permezz tal-Malta Community Chest Fund Foundation.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend