3 arrestati f'Ħaż-Żabbar wara sejba ta' 2.5 kilogrammi kannabis u €11,000 flus kontanti | One News

Notifiki

3 arrestati f’Ħaż-Żabbar wara sejba ta’ 2.5 kilogrammi kannabis u €11,000 flus kontanti

Ilbieraħ filgħaxija l-Iskwadra ta’ kontra l-vizzju tad-droga arrestat żewġt irġiel ta’ 23 u 25 sena u mara ta’ 23 sena minn Bormla.

Dawn ġew arrestati b’konnessjoni ma’ sejba ta’ madwar 2.5 kilogrammi ħaxixa tal-kannabis u madwar €11,000 fi flus kontanti ġewwa Triq ix-Xgħajra f’Ħaż-Żabbar.

Il-Maġistrat tal-Għassa Nadine Lia ħatret diversi esperti biex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin filwaqt li l-raġel ta’ 23 sena mistenni jitressaq il-Qorti llum b’akkużi relatati ma’ pussess aggravat tad-droga, fost akkużi oħra.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend