Trump idoqq l-irtirata | One News

Notifiki

Trump idoqq l-irtirata

Il-President Amerikan mhux se jżid mistoqsija oħra dwar iċ-ċittadinanza tal-persuna, fi kwestjonarju li għandu jsir bħala parti miċ-ċensiment fl-Istati Uniti s-sena d-dieħla.

Donald Trump ried ikun jaf kemm hemm ċittadini Amerikani, oħrajn barranin u nies li jgħixu llegalment fl-Amerka u din il-mistoqsija qajmet kontroversja sħiħa.

Issa qed jiġi rapurtat li mhux se ssir mistoqsija diretta lil persuni li jgħixu fl-Amerka iżda permezz t’ordni eżekuttiva l-Gvern Amerikan mistenni jirċievi din l-informazzjoni minn aġenziji tal-Gvern.

Bosta osservaturi politiċi sostnew li din il-mossa ta’ Trump qed issir fid-dawl li proċeduri fil-Qorti kontra mistoqsijiet ta’ dak it-tip fi kwestjonarju ta’ ċensiment jistgħu jimblukkaw il-ħsieb ta’ Trump.

Minkejja dan, kelliema għal White House ċaħdu li din il-bidla fid-deċiżjoni saret minħabba providimenti legali iżda riżultat ta’ sfidi loġistiċi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend