Matthew Carbone se jkun il-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Gvern | One News

Notifiki

Matthew Carbone se jkun il-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Gvern

Il-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Gvern se jkun Matthew Carbone b’seħħ mill-1 ta’ Awwissu 2019.

Nigel Vella se jkun id-deputat Kap tal-Komunikazzjoni tal-Gvern.

Matthew Carbone ilu jservi bħala Deputat Kap tal-Komunikazzjoni tal-Gvern sa mill-2013 wara karriera fil-ġurnaliżmu. Hu gradwat fil-Komunikazzjoni mill-Università ta’ Malta.

Nigel Vella
Nigel Vella

Nigel Vella ilu jservi fl-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Gvern bħala kelliem għall-Gvern sa minn Lulju 2017. Hu ilu jaħdem fil-qasam tal-komunikazzjoni sa mill-2012. Hu gradwat fl-Istorja mill-Università ta’ Malta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend