Bħal-lum ġimgħa, il-Ġimgħa 19 ta’ Lulju 2019, l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali se tkun qed tesegwixxi Programm Mużikali bl-isem ta’ ‘Swing Summer Night’ fil-Każin San Gejtanu fit-8pm.
Id-dħul għal dan il-Programm Mużikali se jkun b’xejn iżda se jkunu qed jinġabru donazzjonijiet b’risq ‘Smiling with Jerome’.
L-orkestra Filarmonika Nazzjonali taħt id-Direzzjoni ta’ Aurelio Belli, se tkun qed tesegwixxi diversi bċejjeċ mużikali għal gosti ta’ kulħadd u se jkun hemm il-parteċipazzjoni tal-kantanti Brooke Borg u Daniel Cauchi.
Din l-attività qed tkun organizzata mill-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu flimkien mal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali.