Fiċ-Ċina: 61 mejta u 35,000 evakwati kawża tal-għargħar | One News

Notifiki

Fiċ-Ċina: 61 mejta u 35,000 evakwati kawża tal-għargħar

L-awtoritajiet tas-salvataġġ Ċiniżi stqarru li matul din il-ġimgħa mietu 61 persuna u 350,000 ġew evakwati minn djarhom minħabba għargħar fl-inħawi tan-Nofsinhar u ċ-Ċentru tal-pajjiż. 

Fi stqarrrja li ħarġet tard il-Ministeru għall-Immaniġjar tal-Emerġenzi, Ċiniż sostna li ġġarrfu 9,300 dar. Waqt li art agrikola li tammonta għal 3,710 kilometru kwadru ġarrbet bosta ħsarat kawża tal-għargħar. Dawn il-ħsarat wasslu għal telf ta’ bejn wieħed u ieħor €2 biljuni fl-ekonomija Ċiniża.

Il-Ministeru tenna li ġew salvati aktar minn 4,300 persuna li ġew imkaxkra mill-ilmijiet.

L-istaġun tas-sajf iġib miegħu nixfa f’żoni tat-Tramuntana tal-pajjiż u għargħar fl-inħawi ta’ Nofsinhar. Il-Ministeru qed ibassar li din is-sena ser tinżel anqas xita fin-naħa ta’ fuq tal-pajjiż. Iżda xita qawwija li aktarx se tolqot ix-xmara s-Safra, qed iżid aktar il-possibblità ta’ għargħar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend