Dalgħodu uffiċjali tal-infurzar tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għamlu azzjoni ta’ infurzar fuq żewġ bajjiet f’Għawdex, dawk ta’ Imġarr ix-Xini u l-bajja tax-Xwejni.
Dan hekk kif f’dawn il-bajjiet bdew jiġu mikrija numru ta’ deckchairs bla permess maħruġ mill-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu.
L-Uffiċjali tal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu li żaru dawn iż-żewġ bajjiet ikkonfiskaw id-deckchairs u l- umbrelel li instabu hemm mingħajr permess.
L-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu mhux se tħalli dawn it-tip ta’ azzjonijiet illegali jittieħdu fuq bajjiet pubbliċi, fl-ebda bajja f’Malta u f’Għawdex.
Fid-dawl tal-infurzar li sar fuq żewġ bajjiet f’Għawdex dalgħodu, il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li is-settur tat-turiżmu huwa settur importanti ħafna għall-pajjiżna u għalhekk huwa importanti li nżommu l-ordni u nkunu b’saħħitna fuq l-infurzar, partikolarment f’żoni turistiċi u fuq il-bajjiet pubbliċi tagħna.
L-infurzar tal-lum huwa turija ċara ta’ kif l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu mhu se taċċetta l-ebda azzjoni illegali li ttittieħed fil-gżejjer tagħna. Huwa għalhekk li fiż-żmien li ġej ser inkunu qegħdin inżidu l-isforzi tagħna fuq aspett ta’ infurzar sabiex naċċertaw ruħna li kulħadd jopera f’konformita’ sħiħa mal-liġi u mal-permessi mogħtija, “ sostna l-Ministru għat-Turiżmu.
Huwa kkonkluda billi qal, “Il-bajjiet pubbliċi għandhom ikunu aċċessibli għal kulħadd, inkluż it-turisti u l-Maltin u Għawdxin li jridu jagħmlu użu minnhom”