Żagħżugħ l-isptar wara li waqa' sular xħin prova jaqbeż f'pool tan-nies f'San Ġwann | One News

Notifiki

Żagħżugħ l-isptar wara li waqa’ sular xħin prova jaqbeż f’pool tan-nies f’San Ġwann

Żagħżugħ ta’ 18 –il sena ndarab gravi wara li waqa’ minn fuq ċint għoli sular għall-ħabta tas-5:45 ta’ dalgħodu fi Triq Birkirkara, f’San Ġwann.

L-inċident seħħ ħdejn il-pixxina tal-komun li hemm fi blokka appartamenti.

Fuq il-post tal-inċident immedjatament issejjħet ambulanza b’tim mediku li ħadet liż-żagħżugħ Taljan l-isptar Mater Dei.

L-investigazzjonijiet  tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend