Fl-aħħar sigħat kompla jissokta l-ġlied bejn il-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista u Team Start, żewġ fergħat taż-żgħażagħ b’tal-ewwel b’appoġġ għal fazzjoni Busuttil u l-oħra għall-
fazzjoni Delia.
Fuq facebook, il-Viċi president tal-MŻPN, Nicky Azzopardi għajjar lill-President ta’ Team Start Thomas De Martino bħala ‘handbag’ wara li ħareġ jattakka lil Eama Portelli Bonnici talli fi kliemu azzardat isemma’ l-opinjoni tagħha. Portelli Bonnici kienet ukoll waħda mill-uffiċjali tal-partit li ppreżentat il-petizzjoni biex jittieħed vot fit-tmexxija ta’ Delia/
L-argument żvolġa wara li fuq paġna ta’ Facebook li tħeġġeġ għat-tneħħija ta’ Delia mit-tmun tal-partit, ittella’ ritratt tagħha akkumpanjat b’messaġġ tħeġġeġ lill-partitarji nazzjonalisti biex ikunu l-bidla li jridu jaraw biex isalvaw id-demokrazija.
Kien taħt dan il-messaġġ li De Martino, bbottja u staqsa b’mod ċiniku jekk din hix li ttella’ fuq Instagram favur l-abort.
Hawnhekk wieġbu Azzopardi u qallu tinduna kemm il-problema hija traġika meta l-okkupanti ta’ wara l-fortizza tat-tieni sular, jibagħtu l-handbag tagħhom biex jattakkaw membri tal-partit b’mod personali.
Żied jakkużah li lanqas huma denji jew kapaċi jmexxu l-fergħa li għandhom li sejħilha klabb tal-ħamiem ta’ ħames min-nies.
Mill-ewwel irreaġixxa Thomas De Martino li għajjar lil Azzopardi ,keychain.
De Martino qal li Azzopardi – “Il-keychain jgħajjar lil ħaddieħor handbag. Mela waqt il-kampanja elettorali li matulha l-partit tkellem bis-saħħa kontra l-abort, tiġi ħabibtek u titkellem favurih. Ara kif ġibtuha diżastru fergħa – b’referenza għal Mzpn, qal l-president ta’ team start.”
Nicky Azzopardi wieġeb lil De Martino u għajru kaboċċa.
Meta tattaka li min qed iwassal messaġġ flok tanalizza l-messaġġ innifsu turi kemm int kaboċċa, kiteb Azzopardi lil de martino.
Kien il-kap nazzjonalista Adrian Delia u s-segretarju ġenerali Clyde Puli li waqqfu l-fergħa taż-żgħażagħ Team Start.
Biż-żgħażagħ tal-MZPN ħaduha bi kbira hekk kif l-MZPN, ilha snin twal imwaqqfa u dejjem kienet l-unika fergħa għaż-zgħażagħ nazzjonalisti.
Aktar minhekk, l-maġġoranza tal-membri tal-MZPN huma kollha mal-fazzjoni Busuttil u jemmnu li Delia m’għandux jibqa jmexxi lill-Partit wara l-ikbar zewġ telfiet elettorali li ġarrab il-Partit Nazzjonalista f’Mejju li għadda.