Sitta jmutu u 30 jindarbu f’maltempata qawwija fil-Greċja – One News

Notifiki

Sitta jmutu u 30 jindarbu f’maltempata qawwija fil-Greċja

Sitt turisti mietu u minn tal-anqas tletin oħra ndarbu wara li nħawi fit-Tramuntana tal-Greċja nħakmu minn Maltempata qawwija. Rapporti fil-midja Griega qed jgħidu li rwiefen kbar, xita u anke maltempati bis-silġ ħakmu l-nħawi ta’ Halkidiki, viċin il-belt ta’ Thessaloniki tard l-Erbgħa filgħaxija.  

Fost il-vittmi kien hemm koppja Ċeka li kienu qed joqgħodu f’karavann li ttajjar bl-irwiefen.

Il-Greċja issa ddikkjarat Stat ta’ Emerġenza, b’eluf ta’ ħaddiema tas-salvataġġ jintbagħtu fiż-żoni milquta biex jagħtu l-għajnuna li hemm bżonn.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend