Se jipproponi koperazzjoni dwar riċerka biex jiġu żviluppati anitbijotiċi ġodda – One News

Notifiki

Se jipproponi koperazzjoni dwar riċerka biex jiġu żviluppati anitbijotiċi ġodda

Għaxar ministri għas-saħħa Ewropej li huma firmatarji tal-Valletta Declaration qed jiltaqgħu f’Malta biex jikkollaboraw flimien fuq diversi temi foshotm l-aċċess u x-xiri tal-mediċini.

Fil-ftuħ tal-laqgħa, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne qal li matul dawn l-aħħar sentejn saru bosta avvanzi kbar fi ħdan dan il-grupp ta’ pajjiżi li jinkludu lil Malta, Portugall, Spanja, l-Italja, Ċipru, l-Islovenja, il-Kroazja, ir-Rumanija u l-Irlanda.

Il-ministru qal li  l-akbar sfida li qed jiltaqa’ magħha kull pajjiż hi l-prezz tal-mediċini/

“Sa issa ħafna minn-negozjati bejn pajjiżi individwali u l-kumpaniji l-kbar tal-industrija ma kinux ikunu fair. L-industrija kien ikollha l-informazzjoni kollha u l-pajjiżi kollha ma jkollhomx. U allura waħda mill-inizjattivi li qegħdin nieħdu hu propju din li bejnietna naqsmu aktar informazzjoni biex meta mmorru ninnegozzjaw, inkunu qed ninegozzjaw f’pożizzjoni ta’ saħħa”

Il-Ministru Fearne żied jgħid li jekk jintleħaq ftehim bejn il-pajjiżi li flimkien jirrappreżentaw 160 miljun ruħ se jkollhom aktar saħħa waqt li jkunu qed isiru n-negozjati dwar il-prezz tal-mediċini.

“Aħna dħalna fil-proċess mal-Industrija, nibdew ninegozjaw magħhom anke minn kmieni, li jfisser li fis-snin li ġejjin nistennew li numru ta’ mediċini illi llum qed nixtruhom bl-għali bil-mod il-mod jibdew jonqsu fil-prezzijiet li fl-aħħar mill-aħħar iwassal għal prezzijiet aħjar u mediċini iżjed aċċessibli għall-pazjenti tagħna”

Fil-laqgħa tal-Ġmgħa, il-Minsitru għas-Saħħa se jressaq ‘il quddiem mudell li jipproponi mezzi ta’ koperazzjoni dwar riċerka biex jiġu żviluppati antibijotiċi ġodda.

 

Hawnhekk tista’ ssegwi l-intervista sħiħa:

https://www.politico.eu/pro/chris-fearne-maltese-health-minister-q-and-a/?utm_source=POLITICO.EU&utm_campaign=ff27df850e-EMAIL_CAMPAIGN_2019_07_10_09_18&utm_medium=email&utm_term=0_10959edeb5-ff27df850e-190082153

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend