Jispiċċa l-ħabs ix-xufier magħruf għal sewqan perikoluż u traskurat – One News

Notifiki

Jispiċċa l-ħabs ix-xufier magħruf għal sewqan perikoluż u traskurat

Marius Camilleri, raġel ta’ 57 sena minn Ħal Qormi, weħel sena u nofs ħabs wara li nstab ħati b’diversi akkużi relatati ma’ sewqan perikoluż u traskurat bi trakk kbir.

Il-każ jeħodna lura għal meta Camilleri deher fuq diversi filmati fuq il-midja soċjali jsuq b’mod perikoluż.

Din ma kenitx l-ewwel darba li Camilleri xellef difru mal-ġustizzja għaliex fil-passat ukoll deher quddiem il-qorti fuq akkużi relatati mas-sewqan, filfatt huwa kien akkużat ukoll li saq mingħajr liċenjza kif ukoll li ta dettalji ħżiena lill-pulizija.

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Simone Grech pprojbixiet lil Camilleri milli jsuq għal sentejn sħaħ wara li jservi s-sentenza fil-Faċilità Korretiva ta’ Kordin.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend