“Ir-raba’ vapur tejjeb bil-kbir il-konnettività” – GTA – One News

Notifiki

“Ir-raba’ vapur tejjeb bil-kbir il-konnettività” – GTA

Ir-raba’ vapur tal-Gozo Channel tejjeb b’mod drastiku il-konnettività bejn Malta u Għawdex.

Iddkjara dan il-President tal-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu f’Għawdex Joe Muscat, fejn innota li bl-iskeda l-ġdida tas-sajf qegħdin isiru erbgħa u sebgħin vjaġġ bejn iż-żewġ gżejjer ta’ kuljum, iġifieri aktar minn vjaġġ kull siegħa miż-żewġ portijiet.

Apparti dawn il-vjaġġi qed ikun hemm erba’ vjaġġi oħra għal trakkijiet kummerċjali.

Fi stqarrija, l-Assoċjazzjoni nnutat li biż-żieda tar-raba’ vapur, kemm fl-Imġarr kif ukoll fiċ-Ċirkewwa, is-serbut ta’ karozzi naqas drastikament matul il-ġimgħa iżda b’mod speċjali fi tmiem il-ġimgħa.

L-Assoċjazzjoni nnutat ukoll ir-rieda politika sabiex jiddaħħal dan il-vapur, u ta ħajr lill-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana talli imbuttat u implimentat din il-miżura ferm importanti u bżonnjuża għal Għawdex u l-Għawdxin.

Żiedu li l-istess jista’ jingħad għas-servizz tal-ħelikopter, li se jiddaħħal mill-ġdid fix-xhur li ġejjin.

Qalu li b’sodisfazzjon dawn iż-żewġ miżuri, li kienu proposti minnha fil-budgets li għaddew, qed jiġu implimentati.

Fl-aħħar ġimgħat l-Oppożizzjoni ħarġet tikkritika bil-qawwa d-dħul fis-servizz tar-raba’ vapur tal-Gozo Channel, in-Nikolaos.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend