Il-Ministru Carmelo Abela: fl-laqgħa mal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-‘Commonwealth’ – One News

Notifiki

Il-Ministru Carmelo Abela: fl-laqgħa mal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-‘Commonwealth’

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Carmelo Abela pparteċipa fid-19-il laqgħa tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Commonwealth li saret ġewwa l-kwartieri f’Marlborough House f’Londra. Din iddiskutiet l-irwol tal-Commonwealth kontribuzzjoni għal futur iżjed ġust, sostenibbli, sikur u ta’ prosperità. 

Fl-indirizz tiegħu l-Ministru Abela elenka l-prijoritajiet ta’ Malta bħala membru tal-Commonwealth fuq oqsma relatati mal-Ambjent Marittimu, Edukazzjoni, Stati Zgħar, Tibdil fil-klima. Dr Abela semma wkoll l-impenn ta’ Malta biex isir ħidma favur futur komuni li mistennija tkompli tiġi mħaddna fic-Chogm2020 li se jsir fl-Irwanda. Il-Ministru Abela stqarr li Malta se  tapoġġja prijoritajiet oħra maqbula għaċ-Chogm2020 li huma; il-kummerċ, l-enerġija, l-ambjent, l-innovazzjoni, iż-żgħażagħ u l-governanza.

Dr Abela għamel referenza wkoll għaċ-ċentru ta’ eċċellenza pajjiżi tal-istati żgħar tal-Commonwealth u Commonwealth small states trade facility li twaqqfu f’Malta. Huma qegħdin jorganizzaw taħriġ u riċkerka fuq suġġetti relatati mat-tibdil fil-klima u l-immaniġjar ta’ diżastri naturali u governanza tal-oċeani.

Il-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Commonwealth faħħru lil Malta għaċ-Chogm2015 u l-Ingilterra għaċ-Chogm2018 talli mexxew it-temi tat-tibdil fil-klima u l-effetti negattivi tagħha li digà qed jinħassu minn stati żgħar li huma kkunsidrati bħala vulnerabbli. Fil-fatt fl-2015 kien ġie konkluż li din il-kwistjoni diġà hija ta’ theddida għal bosta stati, tant li din it-tema reġgħet ġiet diskussa fiċ-Chogm tal-2018 u se tkun fuq quddiem fiċ-Chogm li jmiss li se jsir fl-2020.

Waqt din il-laqgħa ġiet enfasizzata fuq l-importanza tal-ekonomija l-blu li tirrigwardja l-esplojtazzjoni u l-preservazzjoni tal-ambjent marritimu. Sar aċċenn fuq l-użu tat-teknoloġija biex titħaddem din l-ekonomija li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent.

Issemmew ukoll bosta inizjattivi li qed isiru bħala parti mill-blu charter programme, bil-għan li jitnaqqas it-tniġġis tal-oċeani.

Il-Ministri sostnew fuq l-importanza li ż-żgħażagħ jingħataw iktar poter. Dan għaliex 60% tal-popolazzjoni, tal-Commonwealth għandhom inqas minn 30 sena. Huma saħqu li għandu jkun hemm ugwaljanza fil-ġeneru, dan billi n-nisa jingħataw iktar importanza fil-ħajja soċjali, ekonomika u politika, bil-għan li titwettaq l-aġenda 2030 għall-iżvilupp sostenibbli.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend