Ħmistax ħabs għal sidien ta’ pitbull li biċċer tifel minn Bormla – One News

Notifiki

Ħmistax ħabs għal sidien ta’ pitbull li biċċer tifel minn Bormla

Sid kelb tar-razza pitbull Frances Pantalleresco u ommu Marjan Lee Pantalleresco ntbagħtu ħmistax-il jum ħabs wara li nstabu ħatja b’negliġenza hekk kif il-kelb tagħhom gidem u tefa’ qiegħ f’ta’ sodda lil żagħżugħ t’erbatax -il sena li kien ibigħ is-saħħa.

Din l-istorja kienet ġiet segwita mill-qrib meta ġrat minn ONE News.

Il-vittma kien spiċċa jiġi operat l-isptar wara feriti fonda f’saqajh hekk kif il-kelb tħalla mhux marbut b’ċinga u attakkah.

Il-każ kien ġara t-Tnejn 20 t’Awwissu li għadda kmieni filgħodu fi Triq San Ġwann f’Bormla.

Iż-żagħżugħ, Jean Claude Vella kien ħareġ kaxxa bħala parti mill-iskart meta fil-pront anzjana li tiġi omm sid il-kelb kellha l-kelb mhux marbut b’ċinga.

Il-kelb inkwistjoni kellu ċ-ċippa u uffiċjali mid-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali kienu raw il-kelb u identifikaw is-sid.

Sorsi qrib l-investigazzjoni kienu qalu lil ONE News li hekk kif s-sid ġie ppreżentat b’ritratt tal-ferita fonda f’saqajn it-tifel, sid il-kelb ċaħad dan u kien qal li r-ritratt mhux awtentiku hekk kif skont hu dawk il-feriti ma humiex riżultat tal-gidma tal-kelb tiegħu.

Il-Maġistrat Charmaine Galea ordnat li l-kelb jinżamm mid-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali jew jittieħed f’xi santwarju tal-annimali u ma jingħata qal lil familja bi ħtija.

Ġiet imposta multa t’għaxar ewro kuljum fuq il-bin u l-omm sakemm dawn jagħtu l-kelb f’idejn l-awtoritajiet.

Il-proskezzjoni f’dan il-każ saret mill-ispettur mill-għassa ta’ Bormla Eman Hayman.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend