Daqqa ta’ ponn lill-uffiċjal ta’ Transport Malta tiswieh €1,000 – One News

Notifiki

Daqqa ta’ ponn lill-uffiċjal ta’ Transport Malta tiswieh €1,000

Michael Borg ta’ 44 sena instab ħati li hedded u fergħa ħafif uffiċjal ta’ Transport Malta waqt il-qadi ta’ dmirijietu.
Il-każ imur lura għal Ottubru tas-sena l-oħra meta fil-Birgu, Borg ta daqqa ta’ ponn lill-uffiċjal wara li ħarrku wara li pparkja ħażin. Kollega tal-uffiċjal ra kollox jiġri quddiem għajnejh.

Il-qorti ppreseduta mill-maġistrat Charmaine Vella sabet lill-akkużat ħati, mmultatu €1,000 u tatu liberta’ kkundizzjonata. Dan filwaqt li kien ordnat iħallas l-ispejjeż lill-uffiċjal, li jinkludu n-nuċċali li kissirlu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend