App ġdida li toffri soluzzjoni għat-traffiku | One News

Notifiki

App ġdida li toffri soluzzjoni għat-traffiku

Cool applikazzjoni ġdida li biha wieħed jista’ jibbukja l-vjaġġ tiegħu. Dan hu l-ewwel servizz f’pajjiżna li qiegħed itella’ passiġiera li sejrin fl-istess direzzjoni flimkien. L-għan huwa li filwaqt li jitnaqqsu l-ammont ta’ vetturi fit-toroq u fl-istess ħin tkun aktar effiċjenti. 

Fil-bidu dan il-proġetti se jkompri biss iż-żoni Ħ’Attard, Ħal-Balzan, Birguma, Birkirkara, Blata l-Bajda, Floriana, Għargħur, Gwardamangia, Gżira, Ħamrun, Ibraġġ, Iklin, Imrieħel, Kappara, Lija, Madliena, Marsa, Msida, Swatar, Swieqi, Paceville, Pembroke, Pieta’, Ħal-Qormi, San Ġwann, Sliema, San Ġiljan, Santa Venera, Ta’ Xbiex, u l-Belt Valletta. Iżjed tard għadhom is-servizz għandujiġi estiż biex jilħaq iżjed postijiet fil-gżejjer Maltin.

Dan is-servizz huwa miġjub Malta mill-kumpanija Debono Group. Is-Sur Michael Debono, id-Direttur ta’ Debono Group semma l-impenn tal-kumpanija li toffri soluzzjoni u servizzi kif jitaffa’ t-taffiku mit-toroq.

Min-naħa tiegħu l-Ministru għat-Trasport, Ian Borg laqa’ bi pjaċir dan is-servizz u tenna li dan is-servizz: “għandu jikkontribbwixxi għat-tnaqqis ta’ vetturi fit-toroq Maltin”. Temm jgħid li għandu jiżdied l-ammont ta’ passiġiera f’kull vettura għaliex dan isolvi problemi  bħan-nuqqas ta’ parkeġġ, ħsara għall-ambjent u jinvolvi inqas spejjeż.

Din l-applikazzjoni tista’ tinsab fuq l-App Store jew Google Play Store.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend