80 atleta jirrapreżentaw lil Malta fl-Awstrija | One News

Notifiki

80 atleta jirrapreżentaw lil Malta fl-Awstrija

Madwar 80 atleta tal-ġinnasta li l-etajiet tagħhom ivarjaw bejn ħames snin u tmintax –il sena, bħalissa qed jirrapreżentaw lill-Malta fil-Gynaestrada fl-Awstrija.

Il-Gynaestrada huma logħob internazzjonali tal-ġinnasta li jsiru kull erba’ snin, fejn Malta qed tperper il-bandier Maltija għall-ewwel darba f’dawn il-logħob.

F’din il-kompetizzjoni qed jieħdu sehem diversi atleti minn diversi pajjiżi, fosthom Malta, il-Ġermanja, l-isvizzera, il-Pajjiżi Nordiċi u l-Ġappun. Għal dan il-logħob qed jattendu aktar minn 30,000 spettatur.

Wieħed mill-għanijiet li tela’ bih Il-kontinġent Malti hu sabiex jagħmel promozzjoni kbira lil pajjiżna, filfatt f’dawn il-logħob qed iqassam diversi tifkiriet relatati ma’ Malta lill-parteċipanti l-oħra.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend