Titnieda edizzjoni oħra  tal-‘Classics Under the Stars’ – One News

Notifiki

Titnieda edizzjoni oħra  tal-‘Classics Under the Stars’

Is-Sinjura Michelle Muscat nediet edizzjoni oħra tal-kunċert ‘Classics Under the Stars’, li din is-sena ser issir fis-26 ta’ Lulju fil-Palazz tal-Girgenti. 

Is-Sinjura Muscat sosniet li bħal edizzjonijiet preċedenti, il-kunċert se jkun bla ħlas, imma se jinġabru donazzjonijiet għas-santwarji kollha tal-annimali.

Is-Sinjura Muscat ħeġġet lill-publiku biex ikun ġeneruż għaliex ikun xieraq li jinġabru fondi biżżejjed biex tingħata l-għajnuna lill-annimali abbandunati, f’kunċert ta’ livell għoli bħalma hu ‘Classics Under the Stars’.

Iċ-Chairman tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali, is-surmast Sigmund Mifsud, ħabbar li l-kunċert se mmexxi mis-surmast Charles Olivieri-Munroe, li huwa magħruf internazzjonalment u li għandu dixxendenza Maltija. Mifsud tenna, li fil-kunċert se jkun hemm il-parteċipazzjoni tal-kantanta Kimberly Grech u l-vjolinist Stefan Calleja.

Il-biljetti tal-entratura jistgħu jinkisbu bejn nhar it-Tnejn u t-Tlieta li ġej, mill-Uffiċċju ta’ Kastilja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend